Dwar il-vaċċini COVID-19
Kulmin għalaq 5 snin u akbar fl-Awstralja jista' jibbukkja l-vaċċinazzjoni tiegħu.
Il-vaċċini COVID-19 huma bla ħlas għal kulħadd fl-Awstralja. Dan jinkludu persuni mingħajr kard tal-Medicare, viżitaturi minn barra l-Awstralja, studenti internazzjonali, ħaddiema migranti u dawk li qed ifittxu l-għażil. Meta tkun ivvaċċinat dan ser jgħin iħares lilek, lill-familja tiegħek u lill-komunità tiegħek mill-COVID-19.
Il-Gvern Awstraljan ma għamilx il-vaċċinazzjoni mandatorja u int tista' tagħżel li ma tkunx ivvaċċinat kontra l-COVID-19
Xi ordnijiet tas-saħħa pubblika tal-istat jew tat-territorju jistgħu jinfurzaw il-vaċċinazzjoni f'ċerti ċirkustanzi. Perżempju, xi tipi ta' mpjiegi u xi attivitajiet komunitarji.
Il-vaċċini huma siguri
Il-vaċċinazzjoni COVID-19 huma siguri u jsalvaw il-ħajjiet. Fl-Awstralja, l-Therapeutic Goods Administration (Amministrazzjoni tal-Prodotti Terapewtiċi (it-TGA)) tkompli timmonitorja mill-qrib is-sigurtà u l-effetti sekondarji tal-vaċċin COVID-19.
Tgħallem aktar dwar kull vaċċin fl-Awstralja:
Il-vaċċini COVID-19 jgħallmu lil ġismek jeħles mill-vajrus jekk int tiġi f'kuntatt miegħu.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib wara l-vaċċinazzjoni tiegħek, ikkuntattja lill-klinika jew lit-tabib tal-vaċċinazzjoni.
Tgħallem aktar dwar x'għandek tistenna wara l-vaċċinazzjoni tiegħek.
Min għandu jiġi vvaċċinat
Kulmin għalaq 5 snin u akbar għandu jiġi vvaċċinat kontra l-COVID-19.
Meta tieħu l-vaċċin COVID-19 dan iħarsek milli timrad gravi jew tmut mill-COVID-19.
Meta tkun ivvaċċinat dan jgħin ukoll jipproteġi persuni madwarek billi jnaqqas ir-ritmu tal-firxa tal-vajrus.
Biex tkun meqjus aġġornat mal-vaċċinazzjoni tiegħek tal-COVID-19, int trid tieħu d-dożi kollha rrakkomandati għall-bżonnijiet tal-età u ta' saħħtek.
Mill-5 ta' Settembru 2022 'il quddiem, xi tfal li għalqu minn 6 xhur sa 4 snin li huma severament immunokompremessati, għandhom diżabilità, jew għandhom kundizzjonijiet kumplessi u/jew multipliċi tas-saħħa li jżidu r-riskju tagħhom ta' COVID-19 sever ser ikunu eliġibbli għall-vaċċin COVID-19.
L-ibbukkjar ser ikun miftuħ dalwaqt. Għal issa jekk jogħġbok iċċempilx lit-tabib tiegħek biex tagħmel appuntament. Aħna ser ngħarrfuk meta l-ibbukkjar ser ikun miftuħ u kif tagħmilhom.
Tfal li għandhom minn 6 xhur sa 4 snin għandhom jirċiev:
- d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
- id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi.
Tfal li għandhom minn 5 sa 11-il sena għandhom jirċievu:
- d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
- id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi.
Tfal li għandhom minn 12 sa 15-il sena għandhom jirċievu:
- d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
- id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi.
- doża booster tal-vaċċin COVID-19 jekk huma:
- severament immunokompromessati
- għandhom diżabilità bi bżonnijiet sinifikanti jew kumplessi tas-saħħa
- għandhom kundizzjonijiet kumplessi u/jew multipliċi tas-saħħa li jżidu r-riskju ta' COVID-19 sever.
Kellem lit-tabib tiegħek jekk m'intix żgur jekk it-tifel/tifla tiegħek għandhomx jirċievu l-booster.
Kulmin għalaq 16-il sena jew akbar għandu jieħu:
- d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
- id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi
- doża booster tal-vaċċin COVID-19.
Ir-raba' doża
Booster addizzjonali, jew ir-raba' doża, tal-vaċċin COVID-19 hi rrakkomandata għall-persuni li huma f'riskju ogħla ta' mard gravi, li għandhom jingħataw 3 xhur wara l-ewwel doża booster tagħhom.
Dan ser tkun il-ħames doża għall-persuni li huma severament immunokompromessati, għandhom kundizzjoni sottostanti mediak jew diżabilità sottostanti.
Int għandek tieħu r-raba' doża jekk int:
- għandek 50 sena jew akbar
- int resident f'faċilità tal-kura tal-anzjani jew tad-diżabilità
- int immunokompromessat severament (din ser tkun il-ħames doża)
- int Aboriġenu jew mill-Gżejjer Torres Strait u għalaqt 50 sena jew akbar
- għandek 16-il sena jew akbar b'kundizzjoni medika, li żżid ir-riskju ta' marda gravai tal-COVID-19
- għalaqt 16-il sena jew akbar b'diżabilità jew bi bżonnijiet kumplessi ħafna tas-saħħa.
Persuni li għalqu minn 30 sa 49 sena jistgħu jirċievu r-raba' doża jekk jagħżlu dan.
Kellem lit-tabib tiegħek jekk m'intix żgur jekk għandekx tirċievi ir-raba' doża booster.
Jekk ittestjajt pożittiv għal COVID-19 hu rrakkomandat li int tistenna 3 xhur wara l-infezzjoni COVID-19 qabel ma tirċievi d-doża tiegħek jmiss tal-vaċċin COVID-19.
Persuni li imbukkaw il-COVID-19 wara d-doża booster tagħhom għandhom ukoll jistennew tal-lanqas 3 xhur qabel ma jirċievu r-raba' doża.
Hu importanti li toqgħod aġġornat rigward il-vaċċini tiegħek COVID-19. Persuni differenti għandhom mnejn ikollhom bżonn vaċċini differenti tal-COVID-19 fi żminijiet differenti. Kellem lil fornitur tiegħek tal-kura tas-saħħa biex tkun taf int u l-familja tiegħek x'għandkom bżonn tagħmlu biex tibqgħu aġġornati.
Tfal
Il-vaċċini COVID-19 huma siguri għat-tfal.
L-ivvaċċinar tat-tfal jista' jgħin iżomm milli huma jgħaddu l-vajrus lill-ħuthom iżgħar minnhom, nanniet, u l-komunità aktar mifruxa.
Tgħallem dwar il-vaċċini COVID-19 għat-tfal u għaż-żgħażagħ.
Nisa tqal jew li qed ireddgħu
Il-vaċċini COVID-19 huma siguri jekk int tqila, qed tredda', jew qed tippjana li toħroġ tqila. Int tista' tirċievi l-vaċċin f'kwalunkwe stadju tat-tqala.
Tgħallem akar dwar it-tqala, it-treddigħ, u l-vaċċini COVID-19.
Persuni b'diżabilità
Persuni b'diżabilità jiffaċċjaw riskju akbar ta' mard serju mill-COVID-19 u għandhom jiġu vvaċċinati.
Jekk trid aktar għajnuna jew sapport, int tista' ċċempel lid-Disability Gateway Helpline (Linja Telefonika tal-Għajnuna tal-Pont tad-Diżabilità) fuq 1800 643 787. Jistgħu jibbukkjawk.
Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar 131 450 u itlobhom iċemplu lid-Disability Gateway.
Persuni bi problemi eżistenti tas-saħħa
Persuni bi problemi eżistenti tas-saħħa jinsabu f'riskju akbar li jimirdu gravi mill-COVID-19 u għandhom jiġu vvaċċinati.
Kellem lill-fornitur regolari tiegħek tal-kura tas-saħħa dwar l-aqwa vaċċin għas-sitwazzjoni tiegħek.
Fejn tmur biex tkun ivvaċċinat
Int tista' tieħu l-vaċċin COVID-19 f':
- Kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-Commonwealth
- kliniċi parteċipanti tat-tobba tal-familja
- Servizzi tas-Saħħa Komunitarja Kkontrallati mill-Aboriġeni
- kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-istat u tat-territorju, u
- spiżeriji parteċipanti.
It-tobba tal-familja ma jistgħux jiċċarġjawk għall-vaċċin.
Biex issib l-eqreb klinika tal-vaċċinazzjoni u biex tibbukkja l-vaċċinazzjoni tiegħek, uża il-Vaccine Clinic Finder (L-Għodda biex Issib Klinka tal-Vaċċin). Jekk int għandek bżonn tal-interpretu bit-telefown u fuq is-sit meta tmur għall-appuntament tiegħek tal-vaċċin, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450.
Jekk m'għandekx kard tal-Medicare
Jekk m'għandekx kard tal-Medicare, int tista' tieħu l-vaċċinazzjoni tiegħek bla ħlas f':
- Kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-Commonwealth
- kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-istat jew tat-territorju
- spiżeriji parteċipanti.
'Hey Eva' - Aċċess Faċli tal-Vaċċin
EVA, hu servizz sempliċi ta' telefonata lura biex jgħin persuni jibbukkjaw il-vaċċin COVID-19. EVA hi miftuħa mis-7am sal-10pm (AEST), 7 ijiem kull ġimgħa.
Meta tibgħat messaġġ lil EVA int ser tirċievi risposta u jitlob:
- ismek
- il-lingwa ppreferuta
- id-data u l-ħin ippreferut
- l-aħjar numru biex inċemplulek lura.
Operatur imħarreġ minn National Coronavirus Helpline ser iċempillek fil-ħin skedat biex jgħinek tibbukkjka l-vaċċinazzjoni tiegħek tal-COVID-19.
EVA joffri tagħrif u parir dwar il-vaċċini COVID-19 u jgħin billi:
- jipprovdi tagħrif u parir dwar il-vaċċini COVID-19
- jgħinek issib klinika fejn tista' tmur mingħajr appuntament (walk-in)
- jgħinek issib appuntament tal-vaċċin li jgħodd għalik
- jqabbdek ma' sapport bla ħlas tal-interpretar.
Għal għajnuna biex tibbukkja għal vaċċin COVID-19, ibgħat SMS 'Hey EVA' lis-servizzi ta' telefonata lura li jisimhom EVA fuq 0481 611 382. EVA hi miftuħa mis-7am sal-10pm (AEST), 7 ijiem kull ġimgħa.
Qabel il-vaċċin tiegħek COVID-19
Jekk għadek ma għamiltx dan, ibbukkja appuntament.
Jekk għandek kard tal-Medicare, ara li d-dettalji tiegħek huma aġġornati:
- permezz tal-kont tiegħek onlajn tal-Medicare permezz tal-myGov
- fl-app Express Plus Medicare
- billi ċċempel lis-Services Australia.
Int tista' tiġi mistoqsi timla formola tal-kunsens qabel l-appuntament tiegħek, jekk int qed tieħu deċiżjoni tal-vaċċinazzjoni għan-nom ta' xi ħaddieħor.
Aqra il-formola tal-kunsens.
Aqra l-formola ta' tagħrif u kunsens għal tfal li għalqu minn 5 sa 11-il sena.
Wara l-vaċċin tiegħek COVID-19
Int ser tkun monitorjat għal tal-lanqas 15-il minuta wara l-vaċċinazzjoni tiegħek fil-każ ta' reazzjoni allerġika rari. Il-persuna li tagħtik il-vaċċin kienet imħarrġa biex tirrispondi għall-reazzjonijiet immedjati.
Is-soltu l-effetti sekondarji mill-vaċċini COVID-19 huma moderati u jgħaddu fi żmien minn 1 sa jumejn. Effetti sekondarji komuni jinkludu:
- uġigħ fid-driegħ fejn daħlet il-labra
- għejja
- uġigħ ta' ras
- uġigħ fil-muskoli
- deni u tertir ta’ bard.
Bħal kwalunkwe mediċina jew vaċċin, jista' jkun hemm effetti sekondarji rari jew mhux magħrufa. Jekk taħseb li qed tesperjenza effetti sekondarji serji ikkuntattja lill-professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa, jew in-National Coronavirus Helpline (Il-Linja Telefonika tal-Għajnuna Nazzjonali tal-Coronavirus).
Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lin-National Coronavirus Helpline (Il-Linja Telefonika tal-Għajnuna Nazzjonali tal-Coronavirus) u agħżel għażla 8.
Prova tal-vaċċinazzjoni
Int tista' tikseb prova tal-vaċċinazzjoni tiegħek COVID-19 billi taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjoni.
Int tista’ taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjon:
- onlajn, billi tiftaħ il-kont tiegħek stess myGov u mbagħad taċċessja l-akkawnt tiegħek onlajn tal-Medicare
- permezz tal-Express Plus Medicare mobile app.
Jekk m’għandekx kard tal-Medicare, jew m’għandekx aċċess għal MyGov account, int tista’ taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjoni billi:
- tistaqsi lill-provveditur tiegħek tal-vaċċinazzjoni biex jipprintjalek kopja
- ċċempel lil-linja tat-tagħrif tal-Australian Immunisation Register fuq 1800 653 809 (8 am - 5 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa AEST) u itlobhom jibgħatulek l-istejment tiegħek bil-posta. Jista' jieħu sa 14-il ġurnata biex jasal bil-posta.
Għal aktar tagħrif dwar kif tikseb prova tal-vaċċinazzjonijiet tiegħek tal-COVID-19, ara is-sit tal-web tas-Services Australia .
Fejn trid tmur għal informazzjoni li tista' tafda fiha
Hu importanti iżżomm ruħek infurmat dwar il-COVID-19 u l-programm tal-vaċċinazzjoni COVID-19 permezz ta' sorsi ta' min jorbot fuqhom u uffiċċjali.
Tweġibiet għall-mistoqsijiet komuni dwar il-vaċċini COVID-19 huma disponibbli fi 63 lingwa.
Ser ikun hemm Pakkett tat-tagħrif (information pack) li fih tagħrif fil-lingwa dwar il-vaċċini COVID-19.
Aqra tagħrif dwar COVID-19 fil-lingwa tiegħek.