Dwar il-vaċċini COVID-19

Kulmin għalaq 5 snin u akbar fl-Awstralja jisgta' jibbukkja l-vaċċinazzjoni tiegħu.

Sib klinika u bbukkja

Il-vaċċini COVID-19 huma bla ħlas għal kulħadd fl-Awstralja. Dan jinkludu persuni mingħajr kard tal-Medicare, viżitaturi minn barra l-Awstralja, studenti internazzjonali, ħaddiema migranti u dawk li qed ifittxu l-għażil. Meta tkun ivvaċċinat dan ser jgħin iħares lilek, lill-familja tiegħek u lill-komunità tiegħek mill-COVID-19.

Il-Gvern Awstraljan ma għamilx il-vaċċinazzjoni mandatorja u int tista' tagħżel li ma tkunx ivvaċċinat kontra l-COVID-19

Xi ordnijiet tas-saħħa pubblika tal-istat jew tat-territorju jistgħu jinfurzaw il-vaċċinazzjoni f'ċerti ċirkustanzi. Perżempju, xi tipi ta' mpjiegi u xi attivitajiet komunitarji.

Il-vaċċini huma siguri

Il-vaċċinazzjoni COVID-19 huma siguri u jsalvaw il-ħajjiet. Fl-Awstralja, l-Therapeutic Goods Administration (Amministrazzjoni tal-Prodotti Terapewtiċi (it-TGA)) tkompli timmonitorja mill-qrib is-sigurtà u l-effetti sekondarji tal-vaċċin COVID-19.

Tgħallem aktar dwar kull vaċċin fl-Awstralja:

Il-vaċċini COVID-19 jgħallmu lil ġismek jeħles mill-vajrus jekk int tiġi f'kuntatt miegħu.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib wara l-vaċċinazzjoni tiegħek, ikkuntattja lill-klinika jew lit-tabib tal-vaċċinazzjoni.

Tgħallem aktar dwar x'għandek tistenna wara l-vaċċinazzjoni tiegħek.

Min għandu jiġi vvaċċinat

Kulmin għalaq 5 snin u akbar għandu jiġi vvaċċinat kontra l-COVID-19.

Meta tieħu l-vaċċin COVID-19 dan iħarsek milli timrad gravi jew tmut mill-COVID-19.

Meta tkun ivvaċċinat dan jgħin ukoll jipproteġi persuni madwarek billi jnaqqas ir-ritmu tal-firxa tal-vajrus.

Biex tkun meqjus aġġornat mal-vaċċinazzjoni tiegħek tal-COVID-19, int trid tieħu d-dożi kollha rrakkomandati għall-bżonnijiet tal-età u ta' saħħtek.

Tfal li għalqu minn 5 sa 15-il sena għandhom jieħdu:

  • d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
  • id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi.

Kulmin għalaq 16-il sena u akbar għandu jieħu:

  • d-doża primarja 1 u 2 tal-vaċċin COVID-19
  • id-doża primarja 3 jekk huma severament immunokompromessi
  • doża booster tall-vaċċin COVID-19.

Int għandek tieħu wkoll id-doża tax-xitwa tal-COVID-19 jekk kont ħadt id-doża tiegħek booster 4 xhur ilu u int:

  • għandek 65 u akbar
  • resident tal-faċilità tal-kura tal-anzjani jew tad-diżabilità
  • għalaqt 16-il sena u akbar u int severament immunokompromess
  • Int Aboriġenu jew mill-Gżejjer ta' Torres Strait u għalaqt 50 sena u akbar.

Jekk ittestjajt pożittiv għal COVID-19 hu rrakkomandat li tistenna 3 xhur qabel ma tirċievi d-doża tal-vaċċin tiegħek li jmiss tal-COVID-19.

Persuni li kellhom il-COVID-19 wara d-doża tagħhom booster għandhom jistennew tal-lanqas 3 xhur qabel ma jieħdu d-doża tax-xitwa.

Hu importanti li toqgħod aġġornat rigward il-vaċċini tiegħek COVID-19. Persuni differenti għandhom mnejn ikollhom bżonn vaċċini differenti tal-COVID-19 fi żminijiet differenti. Kellem lil fornitur tiegħek tal-kura tas-saħħa biex tkun taf int u l-familja tiegħek x'għandkom bżonn tagħmlu biex tibqgħu aġġornati.

Tfal

Il-vaċċini COVID-19 huma siguri għat-tfal.

L-ivvaċċinar tat-tfal jista' jgħin iżomm milli huma jgħaddu l-vajrus lill-ħuthom iżgħar minnhom, nanniet, u l-komunità aktar mifruxa.

Tgħallem dwar il-vaċċini COVID-19 għat-tfal u għaż-żgħażagħ.

Nisa tqal jew li qed ireddgħu

Il-vaċċini COVID-19 huma siguri jekk int tqila, qed tredda', jew qed tippjana li toħroġ tqila. Int tista' tirċievi l-vaċċin f'kwalunkwe stadju tat-tqala.

Tgħallem akar dwar it-tqala, it-treddigħ, u l-vaċċini COVID-19.

Persuni b'diżabilità

Persuni b'diżabilità jiffaċċjaw riskju akbar ta' mard serju mill-COVID-19 u għandhom jiġu vvaċċinati.

Jekk trid aktar għajnuna jew sapport, int tista' ċċempel lid-Disability Gateway Helpline (Linja Telefonika tal-Għajnuna tal-Pont tad-Diżabilità) fuq 1800 643 787. Jistgħu jibbukkjawk.

Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar 131 450 u itlobhom iċemplu lid-Disability Gateway.

Persuni bi problemi eżistenti tas-saħħa

Persuni bi problemi eżistenti tas-saħħa jinsabu f'riskju akbar li jimirdu gravi mill-COVID-19 u għandhom jiġu vvaċċinati.

Kellem lill-fornitur regolari tiegħek tal-kura tas-saħħa dwar l-aqwa vaċċin għas-sitwazzjoni tiegħek.

Fejn tmur biex tkun ivvaċċinat

Int tista' tieħu l-vaċċin COVID-19 f':

  • Kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-Commonwealth
  • kliniċi parteċipanti tat-tobba tal-familja
  • Servizzi tas-Saħħa Komunitarja Kkontrallati mill-Aboriġeni
  • kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-istat u tat-territorju, u
  • spiżeriji parteċipanti.

It-tobba tal-familja ma jistgħux jiċċarġjawk għall-vaċċin.

Biex issib l-eqreb klinika tal-vaċċinazzjoni u biex tibbukkja l-vaċċinazzjoni tiegħek, uża il-Vaccine Clinic Finder (L-Għodda biex Issib Klinka tal-Vaċċin). Jekk int għandek bżonn tal-interpretu bit-telefown u fuq is-sit meta tmur għall-appuntament tiegħek tal-vaċċin, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450.

Jekk m'għandekx kard tal-Medicare

Jekk m'għandekx kard tal-Medicare, int tista' tieħu l-vaċċinazzjoni tiegħek bla ħlas f':

  • Kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-Commonwealth
  • kliniċi tal-vaċċinazzjoni tal-istat jew tat-territorju
  • spiżeriji parteċipanti.

'Hey Eva' - Aċċess Faċli tal-Vaċċin

EVA, hu servizz sempliċi ta' telefonata lura biex jgħin persuni jibbukkjaw il-vaċċin COVID-19. EVA hu miftuħ mis-7 am sal-10 am (AEST), 7 ijiem fil-ġimgħa.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tibbukkja l-vaċċin COVID-19, ibgħat messaġġ bħala text 'Hey EVA' lil 0481 611 382.

Meta tibgħat messaġġ lil EVA int ser tirċievi risposta u jitlob:

  • ismek
  • il-lingwa ppreferuta
  • id-data u l-ħin ippreferut
  • l-aħjar numru biex inċemplulek lura.

Operatur imħarreġ minn National Coronavirus Helpline ser iċempillek fil-ħin skedat biex jgħinek tibbukkjka l-vaċċinazzjoni tiegħek tal-COVID-19.

EVA joffri tagħrif u parir dwar il-vaċċini COVID-19 u jgħin billi:

  • jipprovdi tagħrif u parir dwar il-vaċċini COVID-19
  • jgħinek issib klinika fejn tista' tmur mingħajr appuntament (walk-in)
  • jgħinek issib appuntament tal-vaċċin li jgħodd għalik
  • jqabbdek ma' sapport bla ħlas tal-interpretar.

Qabel il-vaċċin tiegħek COVID-19

Jekk għadek ma għamiltx dan, ibbukkja appuntament.

Sib klinika u bbukkja

Jekk għandek kard tal-Medicare, ara li d-dettalji tiegħek huma aġġornati:

Int tista' tiġi mistoqsi timla formola tal-kunsens qabel l-appuntament tiegħek, jekk int qed tieħu deċiżjoni tal-vaċċinazzjoni għan-nom ta' xi ħaddieħor.

Aqra il-formola tal-kunsens.

Aqra l-formola ta' tagħrif u kunsens għal tfal li għalqu minn 5 sa 11-il sena.

Wara l-vaċċin tiegħek COVID-19

Int ser tkun monitorjat għal tal-lanqas 15-il minuta wara l-vaċċinazzjoni tiegħek fil-każ ta' reazzjoni allerġika rari. Il-persuna li tagħtik il-vaċċin kienet imħarrġa biex tirrispondi għall-reazzjonijiet immedjati.

Is-soltu l-effetti sekondarji mill-vaċċini COVID-19 huma moderati u jgħaddu fi żmien minn 1 sa jumejn. Effetti sekondarji komuni jinkludu:

  • uġigħ fid-driegħ fejn daħlet il-labra
  • għejja
  • uġigħ ta' ras
  • uġigħ fil-muskoli
  • deni u tertir ta’ bard.

Bħal kwalunkwe mediċina jew vaċċin, jista' jkun hemm effetti sekondarji rari jew mhux magħrufa. Jekk taħseb li qed tesperjenza effetti sekondarji serji ikkuntattja lill-professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa, jew in-National Coronavirus Helpline (Il-Linja Telefonika tal-Għajnuna Nazzjonali tal-Coronavirus).

1800 020 080

Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel lin-National Coronavirus Helpline (Il-Linja Telefonika tal-Għajnuna Nazzjonali tal-Coronavirus) u agħżel għażla 8.

Prova tal-vaċċinazzjoni

Int tista' tikseb prova tal-vaċċinazzjoni tiegħek COVID-19 billi taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjoni.

Int tista’ taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjon:

Jekk m’għandekx kard tal-Medicare, jew m’għandekx aċċess għal MyGov account, int tista’ taċċessja l-Istejtment tiegħek tal-Passat tal-Immunizzazzjoni billi:

  • tistaqsi lill-provveditur tiegħek tal-vaċċinazzjoni biex jipprintjalek kopja
  • ċċempel lil-linja tat-tagħrif tal-Australian Immunisation Register fuq 1800 653 809 (8 am - 5 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa AEST) u itlobhom jibgħatulek l-istejment tiegħek bil-posta. Jista' jieħu sa 14-il ġurnata biex jasal bil-posta.

Għal aktar tagħrif dwar kif tikseb prova tal-vaċċinazzjonijiet tiegħek tal-COVID-19, ara is-sit tal-web tas-Services Australia .

Fejn trid tmur għal informazzjoni li tista' tafda fiha

Hu importanti iżżomm ruħek infurmat dwar il-COVID-19 u l-programm tal-vaċċinazzjoni COVID-19 permezz ta' sorsi ta' min jorbot fuqhom u uffiċċjali.

Tweġibiet għall-mistoqsijiet komuni dwar il-vaċċini COVID-19 huma disponibbli fi 63 lingwa.

Aqra tagħrif dwar COVID-19 fil-lingwa tiegħek.

Riżorsi

Language: 
Maltese - Malti
Last updated: 
17 May 2022