Meta tagħmel it-test
Int għandek tittestja jekk int għandek xi sintomi tal-COVID-19.
Tipi ta' testijiet tal-COVID-19
Hemm 2 tipi ta' testijiet li jistgħu juru għandekx il-vajrus COVID-19:
- rapid antigen self-tests (RATs) (test li tagħmel int stess tal-antiġen rapidu)
- polymerase chain reaction (reazzjoni katina polimeras (PCR, jew RT-PCR)
Tgħallem aktar dwar kif l-ittestjar tal-COVID-19 jaħdem.
Fejn tagħmel it-test
Tista' tagħmel it-test RAT id-dar. Spiżeriji, ħwienet tal-imnut inklużi supermarkits kbar jew xi pompi tal-petrol ibiegħu dawn it-testijiet.
Aqra l-gwida dwar:
Biex tikseb PCR test, int ser ikollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tal-familja tiegħek għal riferiment jew biex iżżur klinika tal-ittestjar tal-COVID-19 jekk jinsabu fl-istat jew fit-territorju tiegħek.
Żur id-dipartiment tiegħek lokali tas-saħħa għall-lista tal-kliniċi tal-ittestjar ħdejk.