The government is now operating in accordance with the Guidance on Caretaker Conventions, pending the outcome of the 2025 federal election.

Tipproteġi lilek innifsek u oħrajn mill-COVID-19

Hemm passi li tista' tieħu biex tiżgura li int u l-persuni ta' madwarek tibqgħu siguri.

Kun ivvaċċinat

Il-vaċċin COVID-19 ser jagħtik aktar protezzjoni kontra mard gravi mill-COVID-19. Aħna ser insegwu l-parir tal-Australian Technical Advisory Group (ATAGI) li jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar min għandu jkun ivvaċċinat.

Żomm ruħek aġġornat dwar il-vaċċinazzjonijiet u dan jagħtik l-aqwa protezzjoni.

Ibbukkja appuntament tal-vaċċinazzjoni

Ilbes maskra fejn ikun hemm bżonn

Jekk tilbes maskra tal-wiċċ jista' jgħin biex jipproteġik u lil dawk ta' madwarek.

Il-maskri tal-wiċċ iwaqqfu l-vajrusijiet milli jinxterdu permezz tal-arja. Dan ifisser li int għandek inqas ċans li tibbokka jew tgħaddi l-vajrus.

L-Istati u t-territorji għandhom regoli differenti għal meta għandek tilbes maskra. Iċċekkja s-sit tal-web tad-dipartiment tas-saħħa lokali tiegħek għall-aħħar parir.

Hi ideja tajba tilbes maskra tal-wiċċ meta:

  • tkun f'postijiet pubbliċi fuq ġewwa inkluż trasport pubbliku, kliniċi u sptarijiet
  • int ma tistax toqgħod fiżikament 'il bogħod mill-oħrajn
  • int ittestjajt pożittiv, jew taħseb li għandek il-COVID-19, u tinsab ħdejn persuni oħra.

Biex tuża maskra tal-wiċċ sewwa int għandek:

  • taħsel jew tissanitizza idejk qabel ma tilbisha jew tneħħiha
  • tara li tgħatti imnieħrek u ħalqek u tiffittjaha ftit issikkata taħt l-ilħit
  • evita li tmiss il-parti ta' quddiem tal-maskra tiegħek waqt li tkun qed tilbisha jew tneħħiha
  • żommha f'postha - iddendilhiex madwar għonqok jew taħt imnieħrek
  • uża maskra li tilbisha darba biss kull darba
  • aħsel idejk u uża maskri li tista' terġa' tintuża u aħżinha f'post nadif niexef.
Date last updated:

Help us improve health.gov.au

If you would like a response please use the enquiries form instead.