The government is now operating in accordance with the Guidance on Caretaker Conventions, pending the outcome of the 2025 federal election.

COVID Twil

Il-biċċa l-kbira tal-persuni bil-COVID-19 jirkupraw kompletalment fi żmien ftit ġimgħat mill-ewwel sintomi tagħhom. Madankollu, xi persuni jistgħu jesperjenzaw effetti fuq żmien itwal mill-infezzjoni tagħhom. Tgħallem dwar il-COVID twil u fejn tista' tikseb għajnuna rigward is-sintomi kontinwi tiegħ

Dwar il-COVID twil

It-terminu 'COVID twil' ġeneralment jintuża biex jiddiskrivi kemm:

  • sintomi kontinwi sintomatiċi COVID-19 - COVID-19 sintomi li jdumu aktar minn 4 ġimgħat
  • kundizzjonijiet/sindrom ta' wara l-COVID-19 - sintomi tal-COVID-19 wara 12-il ġimgħa li ma hemmx spjega għalihom permezz ta' dijanjożi alternattiva.

Il-COVID-19 twil jista' jippreżenta b'mod differenti f'persuni differenti u s-sintomi jistgħu jvarjaw minn ħfief sa severi.

Is-sintomi ta' COVID twil

L-aktar sintomi komuni rrappurtati bil-COVID-19 twil huma: 

  • għejja 
  • qtugħ ta’ nifs
  • problemi dwar il-memorja u l-konċentrazzjoni ('ċpar tal-moħħ).

Sintomi oħra jinkludu:

  • palpitazzjoni tal-qalb, uġigħ jew sider magħfus
  • sogħla
  • tibdil fit-togħma jew fix-xamm
  • uġigħ fil-ġoġi u fil-muskoli
  • tnemnim
  • issibha bi tqila biex torqod (insommja)
  • tibdil fil-burdata (żieda fit-tħassib, anzjetà jew dipressjoni)
  • sturdament
  • uġigħ ta' ras
  • deni ta' livell baxx
  • raxx fil-ġilda, telf ta' xagħar
  • dardir, dijareja, uġigħ fl-istonku, telf tal-aptit.

Fit-tfal, is-sintomi jinkludu:

  • sintomi tal-burdati
  • għejja
  • problemi biex torqod.

Fatturi tar-riskju ta' COVID twil

Hemm akbar ċans li l-COVID twil iseħħ f'persuni WHO (LI)

  • mhumiex ivvaċċinati
  • kellhom marda gravi kaġun tal-COVID-19 inkluż dawk li ddaħħlu l-isptar jew kellhom bżonn ta' kura intensiva
  • kellhom kundizzjonijiet jew mard sottostanti qabel il-COVID-19, bħal pressjoni għolja tad-demm, mard kroniku tal-pulmuni, dijabete, u obeżità.

Kura għall-COVID twil

Jekk int inkwetat dwar sintomi kontinwi wara li kont imbukkajt il-COVID-19, int għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek għall-reviżjoni medika.

Ma hemm l-ebda test għall-COVID twil. It-tabib tiegħek ser jistaqsik dwar is-sintomi tiegħek u l-impatt li qed ikollhom fuq ħajtek. Għandhom mnejn jissuġġerixxu xi testijiet biex jidentifikaw kawżi possibbli tas-sintomi tiegħek u jwarrbu kundizzjonijiet oħra.

M'hemmx kura jew medikazzjoni waħda biex tikkura l-COVID twil. It-tabib tiegħek ser ikellmek dwar il-kura u s-sapport li għandek mnejn ikollok bżonn. Huma jistgħu jagħtuk parir dwar:

  • il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tas-sintomi tiegħek fid-dar, bħal permezz tal-użu ta'dijarju tas-sintomi
  • sintomi li għandhom mnejn ikollhom bżonn kura medika (bħal sintomi ġodda jew li qed imorru għal għar) u fejn tista' tikseb kura jekk tesperjenza dawn is-sintomi
  • x'għandek tistenna fil-ġimgħat u x-xhur wara l-COVID-19
  • appoġġ għall-interventi dwar l-istil tal-ħajja, bħal nutrizzjoni, attività fiżika u pariri.

Jekk is-sintomi tiegħek qed ikollhom impatt kbir fuq ħajtek, int għandu mnejn tkun irreferut għand speċjalista jew servizz ta' rijabilitazzjoni li jista' jgħinek timmaniġġja s-sintomi tiegħek u jgħinek tirkupra.

L-irkuprar mill-COVID twil

Iż-żmien tal-irkuprar ser ivarja minn persuna għal oħra u s-sintom tiegħek jistgħu jvarjaw fuq firxa ta' żmien. Il-biċċa l-kbira tan-nies ser jirkupraw fi żmien minn 3 sa 4 xhur. Madankollu, fil-każ ta' xi persuni, is-sintomi jistgħu jdumu aktar.

Tħares lilek innifsek minn COVID twil

L-aħjar mod kif tipprevjeni l-COVID twil hu billi tipproteġi lilek innifsek milli tkun infettat.

Jekk iżżomm ruħek aġġornat rigward vaċċinazzjonijiet COVID-19 tiegħek jista' jgħinek tipprevjeni l-infezzjoni COVID-19 u tkun protett minn mard gravi. Persuni li huma ivvaċċinati huma inqas probabbli li jirrappurtaw COVID twil meta mqabbla ma' persuni li mhumiex ivvaċċinati.

Ir-rispons tal-Gvern

Wara r-referiment fl-1 ta' Settembru 2022 mill-Ministru tas-Saħħa u tal-Kura tal-Anzjani, l-Onor Mark Butler MP, Il-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar is-Saħħa, il-Kura tal-Anzjani u l-Isport stħarreġ u ser jirrapporta dwar il-COVID twil u l-infezzjonijiet ripetuti tal-COVID-19.

Aqra r-rapport interim

Aktar tagħrif

Date last updated:

Help us improve health.gov.au

If you would like a response please use the enquiries form instead.