Biex tirċievi l-aħjar protezzjoni kontra l-mard serju jew mewt mill-COVID-19, int għandek tieħu d-dożi kollha rrakkomandati għall-età tiegħek jew għall-bżonnijiet tas-saħħa individwali tiegħek. Il-Boosters huma importanti biex iżżomm din il-protezzjoni.
Id-dożi boosters huma bla ħlas għal kulħadd.
It-tagħrif dwar id-dożi booster huwa disponibbli wkoll fil-lingwa tiegħek.
Id-dożi booster
L-adulti kollha jistgħu jirċievu booster jekk kienu għaddew 6 xhur jew aktar minn mindu ħadu l-aħħar doża tagħhom tal-booster COVID-19 jew kellhom infezzjoni kkonfirmata (hi liema hi l-aktar riċenti) għall-protezzjoni addizzjonali kontra mard sever mill-COVID.
Dan hu partikularment irrakkomandat għall-persuni li jinsabu f'riskju ogħla ta' mard sever inklużi:
- kulmin għalaq 65 sena u akbar
- kulmin għalaq 18-il sena u akbar li għandu komorbiditajiet mediċi, diżabilità jew bżonnijiet komplessi tas-saħħa.
Tfal u adolexxenti li għalqu minn 5 sa 17 b'kundizzjonijiet tas-saħħa li jpoġġuhom f'riskju ta' mard sever jistgħu jieħdu wkoll id-doża booster jekk kienu għaddew 6 xhur minn meta ħadu l-aħħar doża tagħhom jew kellhom infezzjoni COVID-19, skont l-assessjament tar-riskju individwali tal-fornitur tagħhom tal-immunizzazzjoni.
Id-dożi booster mhumiex irrakkomandati issa għal tfal u għal adoloxxenti li għalqu 18-il sena u iżgħar li m'għandhomx kwalunkwe fatturi tar-riskju ta' COVID-19 sever.
Il-vaċċini kollha huma approvati għall-użu fl-Awstralja u jibqgħu joffru protezzjoni qawwija ħafna kontra mard serju mill-COVID-19, imma, il-vaċċini bivalenti specifiċi Omicron huma ppreferuti bħala boosters.
Id-data meta ħadt l-aħħar vaċċin tiegħek COVID-19 tinsab fuq iċ-ċertifikat diġitali tiegħek COVID-19.
Kif tibbukkja dożi booster
Biex tibbukkja doża booster jew doża booster tax-xitwa, uża l-Għodda biex Issib Klinika tal-COVID-19 (COVID-19 Clinic Finder) jew uża 'Hey Eva - Easy Vaccine Access (Aċċess Faċli tal-Vaċċin).
EVA, hu servizz sempliċi ta' telefonata lura biex jgħinu lill-persuni jibbukkjaw il-vaċċin COVID-19.
Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tibbukkja l-vaċċin COVID-19, ibgħat SMS (messaġġ bħala text) 'Hey EVA' lil 0481 611 382. Aġent imħarreġ tat-telefonati minn National Coronavirus Helpline (Linja Telefonika Nazzjonali tal-Għajnuna dwar il-Coronavirus) ser iċempillek biex jgħinek tibbukkjka l-vaċċinazzjoni tiegħek tal-COVID-19.
Programm booster għall-kura residenzjali tal-anzjani
Programm booster qed iseħħ fil-faċilitajiet tal-kura residenzjali tal-anzjani. Aqra aktar dwar il-programm tal-vaċċinazzjoni tad-doża booster COVID-19 fil-kura residenzjali tal-anzjani.
Programm booster għall-persuni b'diżabilità
Programm booster qed jiġi varat għall-persuni b'diżabilità li jgħixu f'akkomodazzjoni residenzjali fejn joqgħodu persuni oħra. Tgħallem dwar il-programm tad-doża booster COVID-19 għal persuni b'diżabilità li jgħixu f'akkomodazzjoni residenzjali ma' persuni oħra.
Is-sigurtà tad-dożi booster COVID-19
Komuni, effetti sekondarji ħfief wara d-doża booster jidhru li huma l-simili bħall-effetti sekondarji wara l-ewwel 2 dożi.
Ara tagħrif dwar is-sigurtà u l-effetti sekondarji tal-vaċċin COVID-19.