COVID-19 u l-ivvjaġġar

Ikseb aktar tagħrif dwar ir-rekwiżiti tal-ivvjaġġar u l-passi li għandek tieħu biex tibqa' sigur.

L-ivvjaġġar domestiku ġewwa l-Awstralja

Iċċekkja s-siti tal-web tad-dipartimenti lokali tas-saħħa għal tagħrif dwar l-ivvjaġġar lejn:

L-ivvjaġġar barra l-Awstralja

Il-COVID-19 jkompli jkun riskju tas-saħħa fl-Awstralja u barra l-Awstralja. Aħna nirrakkomandaw bil-qawwa l-ilbis tal-maskri u li tkun ivvaċċinat waqt li tkun qed tivvjaġġa barra l-Awstralja. Int għandek tuża iġjene tajba tas-sogħla u tal-idejn, u żżomm distanza fiżika mill-oħrajn fejn hu possibbli.

Xi pajjiżi, linji tal-ajru u operaturi tal-opri tal-baħar jista' jkollhom obbligi rigward l-ivvjaġġar u l-COVID-19. Dawn jistgħu jinkludu obbligi rigward riżultat tet-test qabel it-tluq u fiċ-ċekk-in qabel ma titla' fuq it-titjira jew il-vapur. Iċċekkja l-obbligi dwar id-dħul tat-tnejn il-:

  • pajjiż fejn sejjer, jew li trid tgħaddi minnu

  • l-obbligi tal-ajruplan jew tal-operatur tal-opra tal-baħar.

Riżorsi

Awstraljani li qed jirritornaw l-Awstralja

Il-fruntieri tal-Awstralja huma miftuħin, u ma hemm l-ebda obbligu tal-Gvern Awstraljan biex: 

  • tagħti prova ta' test negattiv tal-COVID-19 hekk kif tasal fl-Awstralja
  • tagħti prova tal-vaċċinazzjoni COVID-19
  • tilbes maskra, għalkemm dan hu nkorraġġut.

Inxurjans tal-ivvjaġġar

L-inxurjans tal-ivvjaġġar hi importanti jekk int imrad bil-COVID-19 barra l-Awstralja. Ara li inxurjans tiegħek tinkludi:

  • destinazzjonijiet tat-tranżitu
  • inklużjonijiet għal COVID-19
  • affarijiet oħra ekstra bħal inxurjans speċifika tal-kruċjati (cruises).

Xi destinazzjonijiet jobbligaw ukoll li l-vjaġġaturi jrid ikollhom inxurjans tal-ivvjaġġar bħal kundizzjoni tad-dħul.

Il-vjaġġi bil-cruise

Iċċekkja mal-provveditur tiegħek tal-cruise għall-obbligi aġġornati tal-ivvjaġġar tal-vapur u d-destinazzjoni tiegħek.

Vaċċinazzjoni

Ma hemm l-ebda obbligu tal-Gvern Awstraljan għall-vjaġġaturi biex jiġu vvaċċinati fuq il-vapur tal-cruise. Madankollu, nirrikkomandaw: 

  • Il-vaċċinazzjoni COVID-19, għax tinsab fl-ogħla riskju li tiżviluppa marda gravi u COVID-19 twil jekk mintix ivvaċċinat
  • terġa' taħsibha rigward il-vjaġġ tiegħek bil-cruise jekk mintix ivvaċċinat.

Imxija abbord il-cruise

Vapuri tal-cruise għandhom riskju ogħla li jxerrdu il-mard a paragun ta' tipi oħra ta' vjaġġi. Il-COVID-19, l-influwenza u mard ieħor infettiv jinfirex faċilment bejn persuni li jgħixu u jissoċjaliżżzaw f'post magħluq.

Jekk imxija tal-COVID-19 isseħħ fuq il-cruise tiegħek int għandek mnejn ikollok bżonn:

  • toqgħof kwarantina fuq il-vapur
  • tiżbarka u segwi r-regoli lokali fl-istat jew territorju jew il-pajjiż fejn tkun.

Qabel ma tivvjaġġa, iċċekkja il-parir ta' Smartraveller dwar il-cruises. Ikkuntattja l-aġent tiegħek tal-ivvjaġġar jew l-operatur tal-cruise għal tagħrif speċifiku dwar il-protokolli tagħhom tas-sigurtà tal-COVID-19.

Xi gvernijiet Statali u tat-territorji jiżviluppaw u jaġġornaw il-protokolli tal-operat tas-saħħa li jissapportjaw il-cruising fl-Awstralja.

Il-protokolli tal-industrija tal-cruise tgħin ukoll fit-tnaqqis tar-riskju tat-tixrid tal-COVID-19 fuq il-vapuri tal-cruise, inklużi:

  • l-obbligu tal-vaċċinazzjoni għall-passiġġieri 
  • pjan tal-maniġment tal-imxija
  • Pjanijiet tas-sigurtà tal-COVID-19.

Vjaġġaturi internazzjonali lejn l-Awstralja

Il-fruntieri tal-Awstralja huma miftuħin, u ma hemm l-ebda obbligu tal-Gvern Awstraljan biex: 

  • tagħti prova ta' test negattiv tal-COVID-19 hekk kif tasal fl-Awstralja
  • tagħti prova tal-vaċċinazzjoni COVID-19
  • tilbes maskra, għalkemm dan hu nkorraġġut.

Tgħallem aktar dwar id-dħul u l-ħruġ mill-Awstralja.

Date last updated:

Help us improve health.gov.au

If you would like a response please use the enquiries form instead.